Stqarrija mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) b’referenza għall-istqarrija tal-MAM dwar prodotti li jikkontjenu ‘CC9’
Stqarrija mill-Awtorità dwar l-Uzu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) b’referenza ghall-istqarrija tal-MAM dwar prodotti li jikkontjenu ‘CC9’
10 April

L-Awtorita dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) tinnota bi tħassib il-kwistjonijiet imqajma mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) rigward prodotti li fihom is-sustanza magħrufa bħala “CC9.”

L-ARUC tiċċara u tisħaq li tali prodotti ma jitqassmux u ma jiġux ipprovduti minn assoċjazzjoni liċenzjati mill-istess Awtorità. L-Assoċjazzjonijiet jipprovdu biss kannabis naturali skont kif konċess fir-riforma tal-kannabis tas-sena 2021, u fl-ebda ċirkostanza ma huma permessi jqassmu sustanzi sintetiċi jew semi-sintetiċi fi ħdan il-qafas regolatorju li joperaw taħtu.

Il-prodotti CC9 inkwistjoni qed jinbiegħu minn entitajiet kummerċjali li jaqgħu lil hinn mill-kompitu legali attwali tal-ARUC. Minkejja dan, l-ARUC qiegħda tissorvelja b’mod attiv dawn l-iżviluppi u kkomunikat ma’ xjentisti forensiċi mid-Dipartiment tal-Kimika fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta sabiex tikseb għarfien aktar profond tas-sustanza u r-riskji tagħha.

Barra minn hekk, l-ARUC pproponiet emendi leġiżlattivi – li bħalissa qed jiġu diskussi fil-Parlament – li għandhom l-għan li jagħtu lill-Awtorita’ l-kompetenza legali li tissorvelja, tirregola, u tieħu azzjoni effettiva ta’ infurzar dwar dawn il-ħwienet kummerċjali ukoll. Dawn ir-riformi għandhom l-għan li jrażżnu l-abbużi, jissalvagwardjaw is-saħħa pubblika, u jiżguraw li l-prodotti kollha relatati mal-kannabis fis-suq jkunu konformi ma’ qafas regolatorju li għandu fiċ-ċentru tiegħu l-kunċett ta’ tnaqqis tal-ħsara (harm reduction).

ARUC tibqa’ impenjata li tissalvagwardja s-saħħa pubblika u tilqa’ d-djalogu kontinwu ma’ kull entita – inkluża l-komunita’ medika – sabiex jiġi żgurat approċċ responsabbli fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-kannabis f’ Malta.

Other News
Christmas Campaign

The Authority for the Responsible Use of Cannabis (ARUC) has launched its Christmas safety campaign,Read More

18, December
Manager (Corporate)

Jobsplus Permit #843/2024 Duties and Responsibilities Reports to the Senior Manager (HR & Administration) and/orRead More

14, November